Kia tirbaħ prejmu prestiġġjuż minn iF Awards

    In-numru tlieta huwa n-numru tal-fortuna għal Kia. Hekk kif id-ditta Koreana għada kemm ħarġet it-tielet ġenerazzjoni tal-mudell Ceed, bi tlett stili differenti, dawn irċevew premju għad-disinn minn iF Awards kull wieħed.

    Barra minn dan, din it-tripletta fil-kompetizzjoni magħrufa mad-dinja kollha intrebħet għat-tielet sena konsekuttiva minn Kia, wara s-suċċessi fl-2018 u 2017.

    Dan ir-rikonoxximent juri ir-reputazzjoni li Kia bniet għal disinn innovattiv, taħt it-tmexxija ta’ Peter Schreyer, Kap tad-Disinn fi ħdan Kia Motors. Il-kumpajina rebħet l-ewwel premju minn iF Awards fl-2010, u minn hemm pproduċiet mill-inqas mudell wieħed ġdid kull sena li rebaħ il-premju. Issa Kia ingħatat tmintax-il premju minn iF Awards għad-disinni tal-karozzi tagħha.

    It-tielet ġenerazzjoni tal-Kia Ceed hija maħluqa speċifikament għat-toroq Ewropej, b’karatteristiċi moderni u notevoli. Din l-aħħar verżjoni ġiet iddisinjata fiċ-ċentru Ewropew għad-disinn ta’ Kia, fi Frankfurt, taħt id-direzzjoni ta’ Peter Schreyer u Gregory Guillaume, Kap tad-Disinn għall-Ewropa. Ix-xogħol fuq inġinjerija u żvilupp sar mid-dipartiment tar-riċerka u żvilupp ta’ Kia li jinsab f’Rüsselsheim.

    B’linji dritti, ċari id-disinn tal-familja ġdida ta’ Kia Ceed huwa ispirat mill-Kia Stinger fastback.

    Il-premju għad-disinn iF ikopri seba’ kategoriji: Prodott, Komunikazzjoni, Servizz u Esperjenza, Arkitettura, Disinn Interjuri, u Kunċett Professjonali. Il-mudelli ta’ Kia rebħu l-kategorija għad-disinn tal-prodott. Ir-rebbieħa kollha ta’ din l-edizzjoni se jkunu esibiti fl-iF Design Exhibition li se ssir ġewwa HafenCity f’Hamburg.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-Kia Ceed u l-mudelli l-oħra ta’ Kia, żur Kia.com/mt, il-paġna Facebook Kia Malta, jew ix-showroom fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.