Bosta nies jinġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Elise … Tispikka s-sofferenza tal-omm

    Bosta nies inġabru fil-Knisja taż-Żejtun biex jagħtu l-aħħar tislima lil Elise, it-tarbija ta’ tmien xhur li jumejn ilu mietet wara li mardet b’infezzjoni fid-demm (septicaemia).

    Fl-omleija tiegħu, il-Patri Alfred Scerri saħaq li Alla se jkun qed jgħin lill-qraba tat-tarbija biex iġorru d-dulur li ġabet magħha din il-firda kiefra.

    Spikkat id-dieqa u l-kommossjoni tal-omm ta’ Elise, b’nies jidhru jagħtu s-sostenn tagħhom.