ARA: “Tpattija talli tqajjimni f’kull ħin matul il-lejl” … “Tifga” lit-tarbija tagħha bl-ilma

    Fi storja xokkanti fl-Istati Uniti omm sfat akkużata b’moħqrija ta’ tfal wara li allegatament f’filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali dehret “tifa’” lil binta tat-twelid billi titfgħalha l-ilma fuq wiċċha (waterboarding).

    Caitlyn Alyse Hardy, ta’ 33 sena, kienet arrestata nhar l-Erbgħa li għadda wara li ppubblikat il-filmat fuq il-midja soċjali, li matulu tidher darbtejn twarrad l-ilma fuq wiċċ bintha li fil-ħin tal-inċident kienet rieqda.

    Screenshots kienu juru l-kumment tal-mara jgħid “Tpattija talli tqajjimni f’kull ħin matul il-lejl”.

    L-awtoritajiet ħarġu stqarrija fejn qalu li fir-residenza tal-mara, apparti t-tarbija sabu wkoll tlett itfal oħra. Huma qalu wkoll li nnotifikaw lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.