Erba’ nisa l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku

    Erba’ persuni ddaħħlu l-isptar wara li aktar kmieni kienu involuti f’inċident stradali li seħħ fin-Naxxar.

    Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 a.m fi Vjal ix-Xogħol fin-Naxxar meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Peugeot 308 misjuqa minn mara ta’ 49 sena minn Ħal Qormi u vettura tat-tip Subaru misjuqa minn mara ta’ 61 sena min-Naxxar u li magħha kellha żewġ passiġġieri nisa, anzjana ta’ 72 sena min-Naxxar u anzjana oħra ta’ 69 sena mix-Xagħra, Għawdex.

    Fil-post issejħu ambulanzi u tim mediku li ħadu lill-erba’ nisa l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa.

    Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.