Gonzalo Higuain lejn Chelsea?

    Qed isiru ċertu taħditiet bejn clubs minn Milan u Londra sabiex jiġu konklużi xi trasferimenti partikolari.

    Fil-fatt Milan u Chelsea qegħdin f’taħditiet sabiex l-attakkant Gonzalo Higuain jiġi trasferit lejn Stamford Bridge. L-iskorer prolifiku Arġentin jinsab b’self mar-Rossoneri mingħand Juventus.

    Jekk dejjem jiġu biex jixtru lill-player ta’ 31 sena, Chelsea jridu joħorġu mill-but is-somma ta’ €36 miljun. Din tista’ tkun ukoll okkażjoni sabiex El Pipitajerġa’ jiġi kkowċjat minn Maurizio Sarri wara l-perjodu li għamlu flimkien ma’ Napoli.

    Min-naħa l-oħra Milan qegħdin jaħdmu qatigħ sabiex isibu attakkant li jista’ jiskorja l-gowls wara perjodu xi ftit ta’ kriżi fejn ma bdewx isibu x-xibka. Tant hu hekk li l-kowċ tar-RossoneriGennaroGattuso ilu jilmenta li jixtieq ikollu attakkant ta’ kalibru sabiex Milan jibqgħu jisfidaw għall-post fil-UEFA ChampionsLeague matul l-istaġun li ġej.