Jose Mauri fil-mira ta’ diversi timijiet

    Player li qed jissemma’ ferm li jista’ jħalli lil Milan f’dan is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar huwa l-plejer ta’ nofs il-ground Jose Mauri. Dan tal-aħħar qed jissemma’ ma’ diversi timijiet kemm Taljani kif ukoll barranin fosthom anke fl-Arġentina.

    Min-naħa l-oħra l-player jixtieq jibqa’ jilbes il-flokk Rossonero sabiex jipprova jisfida għal ċans mal-ewwel 11 tal-coach Gennaro Gattuso. B’hekk dan huwa żmien partikolari għall-player Arġentin fejn qed itella’ u jniżżel x’għandu  jagħmel għall-ġid tal-karriera tiegħu.

    Huwa ilu ma’ Milan sa mis-sena 2015 fejn lagħab biss 9 partiti magħhom. Il-player ta’ 22 sena għamel staġun misluf ma’ Empoli filwaqt li kellu wkoll esperjenza ma’ Parma.