Inter fi tfittxija ta’ winger

    Inter qegħdin ifittxu player li jkun jista’ jilgħab mal-linja. Hemm tliet ismijiet li qed jissemmew fil-kurituri ta’ Appiano Gentile u dawn huma Matteo Darmian, Emerson Palmieri u Cristiano Biraghi. Dan tal-aħħar huwa l-iktar wieħed li jogħġob lill-ogħla awtoritajiet tal-club minħabba l-professjonalitá li jħaddan u anke t-teknika tiegħu. 

    Bħalissa huwa qed jilgħab ma’ Fiorentina li min-naħa tagħhom qegħdin jitolbu s-somma ta’ €20 miljun.

    Rigward Matteo Darmian, id-diriġenti Neroazzurri mhux ser isibuha faċli jieħduh mingħand Manchester United minħabba diversi klawsoli li għandu. Fl-aħħarnett hemm EmersonPalmieri li diġa’ kellu esperjenza fl-Italja ma’ Roma u li jidher fl-aħħar xhur tiegħu ma’ Chelsea. F’dan il-każ, Inter jistgħu jitolbu li jieħdu l-player b’self.

    It-tama tat-team minn Milan fl-aħħarnett hi dik li jieħdu wieħed minn dawn il-plejers sabiex ikun jista’ jgħin biex jitilgħu attakki minn mal-linja u fuq kollox li jissodisfa l-bżonnijiet tal-kowċ Luciano Spalletti.