Rodrigo De Paul kburi li timijiet oħra jridu l-firma tiegħu

    Il-winger Arġentin ta’ Udinese, Rodrigo de Paul, qed jiġi mfittex minn Milan u Inter. Dan il-plejer ta’ 24 sena, li jinsab fit-tielet staġun mal-Friulani, jinsab kuntent li dawn il-clubs prestiġjużi Taljani urew interess fis-servizzi tiegħu.

    “Il-kontinwitá li bdejt fl-Italja qed tagħti l-frott. Jien min-naħa tiegħi qed nitħarreġ mill-aħjar li nista’ u bħalissa ninsab iffukat sabiex inkompli ngħin lil Udinese,” beda biex qal l-ex player ta’ Racing.

    De Paul sostna kemm mhux daqshekk faċli li ssib postok minħabba li s-Serie A huwa kampjonat ferm kompetittiv iżda s’issa jirringrazzja ‘l Alla li dejjem żamm il-kontinwitá tiegħu.

    Huwa temm jgħid li jinsab ħerqan li jagħmel il-qabża fil-kwalita’ u fuq kollox li jilgħab ma’ wieħed minn dawn iż-żewġ timijiet.

    De Paul lagħab 84 partita mal-Friulani u skorja 13-il goal.