Possibbiltá li Alvaro Morata jista’ jingħaqad ma’ Atletico Madrid

    Atletico Madrid jinsabu nteressati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Chelsea, Alvaro Morata, dan ix-xahar.

    Morata skorja disa’ goals għall-Blues fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, iżda jidher li l-internazzjonali Spanjol se jħalli Stamford Bridge.

    Sevilla huma nteressati fil-player ta’ 26 sena iżda se jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Atletico Madrid għall-firma tiegħu.

    It-team immexxi mill-coach, Diego Simeone, bħalissa jinsabu fit-tieni post f’La Liga, imma qed ibatu biex isibu x-xibka, fejn ġew skorjati biss 26 goal fi 18-il partita.

    Fil-jiem li ġejjin, Atletico u Chelsea jistgħu jaslu għal ftehim b’self u b’għażla ta’ trasferiment permanenti fi tmiem l-istaġun.