Declan Rice segwit minn Manchester City

    Manchester City huma nteressati fil-player ta’ West Ham, Declan Rice.

    Rice huwa prodott tal-akkademja tal-klabb tal-Hammers fejn dan il-plejer ta’ 19-il sena diġá lagħab 54 partita.

    54 dehra għal-Hammers.

    Reċentement, West Ham ħabbru li l-midfielder iffirma kuntratt fit-tul fil-London Stadium, iżda jidher li Manchester City issa qed jimmonitorjaw lil dan il-plejer żagħażugħ.

    Iċ-champions tal-Premier Leauge identifikaw lil Rice bħala s-suċċessur ta’ Fernandinho, li ser jagħlaq 34 sena f’Mejju li ġej.

    Il-manager tas-Citizens, Pep Guardiola, ma’ rnexxielux jiffirma sostitut għall-internazzjonali Brażiljan matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, iżda jidher li se jagħmlu offerta uffiċjali għalRice matul dan ix-xahar.