Tibda t-triq ta’ Mauro Icardi lejn Chelsea?

    Chelsea ngħataw spinta fit-tentattiv li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Inter, Mauro Icardi.

    L-internazzjonali Arġentin stabbilixxa lilu nnifsu bħala l-aħjar plejer, f’San Siro, b’117-il goal, f’200 dehra għall-ġganti Taljani.

    Il-plejer ta’ 25 sena għad fadallu sentejn u nofs fuq il-kuntratt attwali tiegħi iżda jidher li l-attakant m’għandux intenzjoni li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Nerazurri.

    Icardi għadu kif ircieva multa hekk kif naqas li jinżel għat-taħriġ mal-iskwadra u issa Chelsea jinsabu f’pożizzjoni tajba hekk kif qed jippreparaw offerta uffiċjali għalIcardi.

    Madankollu, l-attakkant Arġentin għandu klawsola ta’ €110 miljuni.