Manchester United ikabbru l-interess fuq Milan Skriniar

    Manchester United żiedu l-interess tagħhom fid-difensur ta’ Inter, Milan Skriniar.

    Il-United ilhom biex jiffirmaw difensur ċentrali mis-sajf li għadda. Numru ta’ plejers gew assoċjati li jistgħu jingħaqdu ma’ Manchester United iżda issa dawn tal-aħħar għamlu offerta uffiċjali għal Skriniar.

    Il-ġganti tal-Premier League għamlu offerta ta’ madwar €60 miljun għall-internazzjonali Slovakk, li mpressjona matul it-18-il xahar tiegħu f’San Siro.

    Skriniar għad fadallu tliet snin u nofs fil-kuntratt attwali tiegħu, għalkemm ġie suġġerit li Inter jistgħu jkunu lesti li jbiegħu jekk jircievu offerta tajba.