Arsenal iridu jestendu l-kuntratt ta’ Nacho Monreal

    Arsenal iridu jestendu l-kuntratt tad-difensur, Nacho Monreal, fl-Emirates Stadium.

    Monreal jinsab fit-sitt staġun tiegħu mal-Gunners, bil-player ta’ 32 sena jilgħab 227 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.

    Kien hemm xnigħat li d-difensur jista’ jħalli l-klabb meta jiskadi l-kuntratt attwali tiegħu fit-tmiem l-istaġun, iżda jidher li Arsenal “ħadu azzjoni” biex iżommu lill-aktar plejer preżenti li serva lill-klabb.

    Għaldaqstant, il-Gunners iridu jestendu l-kuntratt għal sena oħra.

    Iżda minkejja dan, hemm bosta klabbs Spanjoli li qed juru interess fis-servizzi ta’ Monreal hekk kif f’Ġunju li ġej jista’ jsir plejer liberu.