Arsenal jibdew it-taħditiet biex jiffirmaw lil Yannick Carrasco

    Il-manager ta’ Arsenal Unai Emery ta l-permess biex jibdew it-taħditiet biex jiġi akkwistat il-midfielder Yannick Carrasco mingħand Dalian Yifang.

    Il-klabb tat-tramuntana ta’ Londra qed ifittxu li jsaħħu l-iskwadra tagħhom matul dan ix-xahar, bil-prijoritá jkun difensur centrali gdid.

    Madankollu, il-klabb kien ukoll assoċjat ma’ numru ta’ players kreattivi bil-player ta’ Barcelona, Denis Suarez, jingħad li qiegħed fuq ir-radar tagħhom iżda jidher li Emery jinsabu kuntent bid-disponibbiltá ta’ Carrasco.

    Il-player ta’ 25 sena ħalla lill Atletico Madrid għas-Super League Ċiniż inqas minn sena ilu, bl-internazzjonali Belġjan ikkontribwixxa għal seba’ goals u ħames assists f’25 dehra.

    Arsenal huma ħerqana li jġibu lil Carrasco lura fl-Ewropa, għalkemm Yifang huma lesti li jiffirjutaw li jħallu lil dan il-plejer jitlaq li l-kuntratt tiegħu jintemm fl-2021.