“Iva, binti bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome u trid li ssir supermodel”

    “Iva, binti bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome u trid li ssir supermodel.” Hekk qalet omm Kate Grant, żagħżugħa ta’ 20 sena li ma ħallietx lill-kundizzjoni tostakolalha x-xewqat tagħha u l-ġimgħa li għaddiet inħatret bħala l-ambaxxatriċi għall-kumpanija tal-kożmetika “Benefit”.

    Dan mhux biss, hekk kif Grant anke mmudellat għall-brand tal-moda Debenhams, u anke rebħet il-konkors tas-sbuħija “Teen Ultimate Beauty of the World”.

    Omm it-tfajla, Deirdre Grant filwaqt li saħqet li hija kburija ferm b’bintha qalet li hija għandha l-ambizzjoni li ssir supermodel. “Nammira l-ottimiżmu tagħha u bħala ommha se nkun dejjem hemm biex nagħtiha l-appoġġ tiegħi.”

    Deirdre kompliet tgħid li bintha ma tħallix id-diżabbiltà tagħha tostakolalha ħajjitha, biż-żagħżugħa tisħaq li “d-Down Syndrome ma tiddefinixxihiex bħala persuna – Jiena Kate.”