Houssem Aouar bejn Liverpool u Man City

    Liverpool u Manchester City ser ikunu qed jikkontendu bejniethom sabiex jippruvaw jiksbu l-firma tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Lyon, Houssem Aouar. Iż-żewġ clubs ewlenin fl-Ingilterra tkellmu mat-team mil-Ligue 1 Franċiża fit-tentattiv li jilbes il-flokk rispettiv tagħhom.

    Bħalissa Aouar qed jilgħab it-tieni staġun tiegħu mal-kbar u wara l-wirjiet li qed ikollu attira l-interess ta’ diversi clubs oħra mill-Ingilterra bħal Chelsea u Arsenal.

    Aouar għad għandu biss 20 sena iżda diġá lagħab 48 darba ma’ Lyon filwaqt li skorja 11-il goal. Ħamsa minn dawn skorjahom matul dan l-istaġun hekk kif qed ikollu wirjiet ferm pożittivi fid-dipartiment ta’ nofs il-ground.

    Aouar huwa għażla regolari mat-team nazzjonali Franċiż ta’ taħt il-21 sena u s’issa diġa’ libes seba’ darbiet il-flokk ta’ pajjiżu.