Gianni Infantino: Kollox korrett rigward Sergio Ramos

    Il-president tal-FIFA Gianni Infantino tkellem rigward l-ispekulazzjoni li d-difensur ta’ Real Madrid u tat-tim nazzjonali Spanjol Sergio Ramos seta’ nstab pożittiv għad-doping wara l-finali tal-UEFA ChampionsLeague kontra Juventus.

    Infantino qal li m’hemm xejn x’tikkummenta minħabba li l-UEFA ikkonfermat kollox bil-miktub b’dokument maħruġ mill-aġenzija dinjija kontra d-doping. Il-president Italo-Svizzeru qal li kollox sar b’mod korrett u joqgħod sew fuq ir-riżultat maħruġ mill-ogħla awtorita’ fejn għandu x’jaqsam doping.

    Min-naħa tagħhom Real Madrid minn dejjem ċaħdu din l-allegazzjoni meta qalu li r-rapport maħruġ kien fih ftit wisq dettalji biex jiġi emmnut.

    Skont l-istess rapport maħruġ minn Football Leaks, Ramos ġie ttestjat pożittiv għas-sustanza msejħadexamethasone li huwa projbit mill-Aġenzija Dinjija ta’ kontra d-doping. Min-naħa tiegħu t-tabib ta’ Ramos qal li kien ta din is-sustanza lill-pazjent tiegħu minħabba uġigħ li l-plejer kien qed iħoss fi spalltu u rkupptejh.