Diego Costa fir-radar ta’ Tianjin

    Il-club Ċiniż ta’ Tianjin Quanjian qed isegwi l-progress tal-attakkant Spanjol ta’ Atletico Madrid Diego Costa. Dan it-team ilu jiġri wara Costa għal madwar sena u nofs meta saħansitra kien għadu ma’ Chelsea.

    L-aġent Portugiż JorgeMendes qed jinnegozja dan il-ftehim bit-tama li jara lill-player tiegħu jilgħab fil-kampjonat Ċiniż. Il-pjan huwa li fl-aħħar ta’ dan l-istaġun Costa jitlaq lil Colchoneros sabiex jingħaqad mal-istess Tianjin.

    Diego Costa għandu 30 sena u fil-passat lagħab ma’ Braga, Atletico Madrid, Valladolid, RayoVallecano u Chelsea. Huwa reġa’ ingħaqad għat-tieni darba ma’ Atletico Madrid matul din is-sena fejn skorja biss tliet gowls minn 23 logħba.