Tammetti li qatlet lill-għarus tagħha wara li poġġiet fuq sidru

    Mara minn Pennsylvania fl-Istati Uniti qatlet lill-għarus tagħha billi għaffġitu wieġbet ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha. Issa hija se tkun qiegħda tistenna l-kundanna tagħha li tvarja bejn 18-il sena u 36 sena priġunerija.

    Windi Thomas ta’ 44 sena evitat sentenza potenzjalment aktar kiefra ta’ ħabs wara li nstabet ħatja bil-qtil ta’ Keeno Butler li ukoll kellu 44 sena f’darhom stess f’Marzu li għaddha.

    Thomas li tiżen mal 140 Kilo attakkat lill-għarus tagħha li kien jiżen mad-90 Kilo b’sikkina, għamlitlu ferita f’idejh, tatu daqqa b’sieq il-mejda u finalment poġġiet fuq sidru.

    Minn testijiet li saru fuq il-vittma rriżulta li huwa miet wara li qata’ nifsu fost ġrieħi oħra li kien sofra qabel. Oħt il-vittma qalet li din mhix xi ħaġa li ssorprendieta u li saħansitra meta għamlu xi żmien jgħixu magħha kienet wissiet lill-akkużata biex ma tkunx aggressiva ma ħuha.