Iddentifikat ir-raġel li qatel 12-il persuni f'bar f'Kalifornja... Eks-marine Amerikan ta' 28 sena

    Matul il-ġurnata ġie ddentifikat ir-raġel li lbieraħ filgħaxija wettaq massakru u qatel 12-il persuna f'bar f'Kalifornja. Skont il-midja internazzjonali r-raġel huwa Ian David Long, żagħżugħ ta' 28 sena u eks-marine Amerikan. 

    Iż-żagħżugħ, wara li uża pistola tat-tip 'Glock 21 .45-calibre handgun' tefa' numru ta' gassijiet fejn kienu qed jiżfnu wħud mill-vittmi bil-konsegwenza li ma setgħux jaraw x'kien qed jiġri madwarhom. Long spiċċa biex temm ħajtu b'idejh.