Anzjan mixli li hedded lil martu

    Raġel ta' 83 sena minn San Ġiljan kien mixli quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli b'theddid fil-konfront ta' martu.

    Ir-raġel, li ismu mhux jixxandar biex ma tinkixifx l-identita tal-mara, spiċċa arrestat wara li martu għamlet rapport lill-Pulizija u tressaq mill-Spettur Leeroy Balzan Engerer.

    L-Avukat Joseph Giglio talab għall-ħelsien mill-arrest tal-anzjan fejn spjega li sa xahar ilu l-koppja siefret flimkien u dan kien argument bħalma jiġri f'kull koppja miżżewġa.

    Il-Maġistrat Demicoli tatu l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet u ħarġet ordni ta' protezzjoni fil-konfront tal-mara.