Rensing jikseb rekord ... iżda b’mod negattiv

    Il-goalkeeper ta’ Fortuna Dusseldorf, Michael Rensing, niżel fil-kotba tar-rekords b’mod negattiv meta sar l-iktar goalkeeper li qala’ goals minn penalties fil-Bundesliga, eżattament 20.

    Fil-fatt wara li Thorgan Hazard skorja x-xutt mill-11-il metru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għal Borussia Moenchengladbach kontra l-istess Fortuna Dusseldorf, Reinsing kien qed jaqla’ l-20 goal tiegħu minn penalty. Dan il-goalkeeper b’hekk qabeż SeppMaier f’rekord li ilu madwar 40 sena. Fil-fatt dan tal-aħħar kien qala’ 19-il goal minn penalty.

    Reinsing, li kien it-tieni goalkeeper ta’ Bayern Munich fi żmien Oliver Kahn, lagħab ukoll ma’ FC Koln u Bayer Leverkusen.

    L-ewwel penalty li Rensing qala’ fil-Bundesliga seħħ fis-sena 2006 meta Abdelaziz Ahanfouf ta’ Duisburg kien skorjalu permezz tax-xutt mill-11-il metru.