Ezequiel Palacios viċin Real Madrid

    Real Madrid għandhom ftehim verbali mat-team Arġentin ta’ River Plate sabiex jiksbu s-servizzi tal-player ta’ nofs il-ground Ezequiel Palacios. Dan il-ftehim mistenni jseħħ fis-sena 2019.

    Palacios, li għad għandu biss 20 sena, mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin mat-team li jilgħab fis-Santiago Bernabeu u s-somma għal dan it-trasferiment mistennija tlaħħaq €15-il miljun.

    Dan il-player, li huwa kkunsidrat bħala mutur f’nofs il-ground, diġa’ ssejjaħ darbtejn mat-team nazzjonali Arġentin immexxi minn Lionel Scaloni u fil-passat kien qed jissemma’ wkoll li seta’ jmur mar-rivali tal-Merengues jiġifieri Barcelona u Atletico Madrid.

    Palacios ilu ma’ RiverPlate sa mis-sena 2015 fejn skorja żewġ goals fi 18-il partita.