Niko Kovac qed jirriskja postu

    Jew jinbidlu l-affarijiet jew inkella barra – Hekk kien it-titlu ewlieni tal-bieraħ tal-ġurnal Ġermaniż “Bild” wara d-draw diżappuntanti ta’ 1-1 li Bayern Munich kellhom kontra Freiburg fi tmiem din il-ġimgħa. It-titlu ta’ dan il-ġurnal influwenti kien qed jirreferi b’mod partikolari għall-coach Kroat Niko Kovac li jekk mhux ser idawwar ir-rotta tat-team qed jirriskja bil-kbir li wara biss ftit xhur fil-kariga jiġi mkeċċi.

    L-istess artiklu jkompli jgħid li ċerti plejers ta’ esperjenza tat-tim Bavarjan mhux japprezzaw wisq it-tattika ta’ dan il-coach.

    Madankollu fil-UEFA Champions League, Bayern Munich kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq  AEK Athens biex telgħu fl-ewwel post ta’ Grupp E u jinsab b’ċans tajjeb li jikkwalifika għal mal-Aħħar 16.