GO ttejjeb il-Business Infinity Pack

    GO għadha kemm irrevediet u tejbet il-prodott Infinity għall-klijenti tagħha fin-negozju.

    Il-Business Infinity pack il-ġdid hu l-aktar pakkett kompetittiv fis-suq bħalissa, u b’mod li jiżgura li t-tliet pjani ta’ tariffi differenti jaqdu l-ħtiġijiet tal-klijenti. Fil-fatt, b’veloċitajiet ta’ internet imtejba, telefonija b’xejn, kif ukoll b’pakkett tat-televiżjoni rivedut, dan hu l-aktar prodott ideali għal kull negozju.

    “L-għan tagħna kien li nissimplifikaw il-prodotti, filwaqt li ninkludu iżjed valur għall-klijenti tagħna. Ridna ngħinuhom biex ikollhom deċiżjoni faċli kemm jista’ jkun. Dawn il-prodotti aġġornati huma riżultat ta’ analiżi estensiva ta’ dak kollu li qegħdin jgħidulna l-klijenti tagħna, kif ukoll il-ħtiġijiet tan-negozji, illum. Rajna dak li n-negozji għandhom bżonn, dak li qegħdin jistennew, u ddeċidejna li nwasslu dan kollu u iżjed,” qal Nikhil Patil, il-Kap Eżekuttiv ta’ GO.

    “Aħna nemmnu li l-Infinity Pack tagħna għandu features għal kull tip ta’ negozju. Qegħdin noffru l-ikbar veloċità ta’ internet fil-pajjiż, u bl-aħjar valur, u qegħdin inżidu l-vantaġġi ta’ pakkett ta’ televiżjoni mtejjeb. U dan hu biss il-bidu. L-għan tagħna hu li nkomplu nżidu l-valur għall-komunità ta’ negozju lokali,” żied Christian Sammut, Chief Officer ta’ GO Business.

    Il-Business Infinity pack il-ġdid jiġi fi prodott simplifikat u mqassam fuq tliet pjani bi tliet veloċitajiet differenti ta’ downloads bl-internet - 75Mbps, 300Mbps u 1Gbps. 

    Għal aktar dettalji dwar il-Business Infinity pack żur: www.go.com.mt/businessinfinity jew www.go.com.mt/business/self-employed/tv għal prodotti Standalone TV.