Dries Mertens jixtieq itemm il-karriera fiċ-Ċina

    L-attakkant ta’ Napoli Dries Mertens qed jikkunsidra li kif jintemmlu l-kuntratt mal-Partenopei imur jilgħab fis-Super League Ċiniż. Il-player Belġjan illum il-ġurnata għandu 31 sena u jaf li nofs il-karriera ta’ player diġa’ lagħab u jista’ jikkonsidra d-destinazzjoni Ċiniża fil-futur mhux daqstant ‘il bogħod.

    Huwa kkonsulta wkoll ma’ żewġ kollegi fit-team nazzjonali Axel Witsel u Yannich Carrasco dwar dan il-kampjonat u rċieva kummenti pożittivi fuqu. Carrasco jilgħab ma’ Dalian Yifang filwaqt li Witsel kien jilgħab ma’ Tianjin Quanjan fl-istess kampjonat Ċiniż.

    Mertens għadu player validu ma’ Napoli u f’ħames snin skorja 75 goal f’181 partita. Huwa temm jgħid li bħalissa jinsab konċentrat fuq il-preżent u lest ikompli jgħin sabiex it-team Taljan jibqa’ jisfida f’kull tazza li qed jilagħbu għaliha.