Illejla jibdew l-Olimpjadi

    Illejla ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi ta’ Londra. Din iċ-ċerimonja ttemm seba’ snin ta’ preparazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet ta’ din il-belt bil-għan li tkun lesta biex tilqa’ dan l-akbar avveniment sportiv.

    L-ispettaklu tal-ftuħ, li mistenni jdum tliet sigħat, huwa mistenni li jkun segwit minn biljuni ta’ nies. Illum issir ukoll l-aħħar ġirja bit-torċa olimpika li se ttieħed madwar it-Thames għal Gloriana, qabel imbagħad tinxtegħel l-urna li se ddum mixgħula tul is-16-il jum ta’ logħob. Intant, l-organizzaturi ħarġu filmat ta’ ftit sekondi bil-għan li joffru ħjiel ta’ x’wieħed jista’ jistenna llejla.

    Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tinkludi l-wasla ta’ bosta personalitajiet distinti fosthom ir-Reġina Eliżabetta. Imbagħad issir il-parata tal-atleti fimkien mal-uffiċjali ta’ dawk il-pajjiżi parteċipanti (b’ordni alfabetika), minbarra dawk tal-Greċja u dawk Ingliżi (pajjiż ospitu),. Ta’ min jgħid li t-tiraturi, William Chetcuti, se jġorr il-bandiera Maltija. Se tkun ir-Reġina li tiftaħ dan il-Logħob b’mod uffiċjali.