Il-qalb ġeneruża Maltija u Għawdxija tgħin lil Bjorn jiġbor €921,856...Jirbaħ il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

    Ilbieraħ filgħaxija fuq l-istazzjon nazzjonali, il-qalb ġeneruża tal-poplu Malti u Għawdxi reġgħet wieġbet għas-sejħa taż-żagħżugħ Bjorn Formosa. Fil-fatt, fi tlett sigħat, Bjorn irnexxielu jiġbor is-somma sabiħa ta' €921,856. 

    Viżibilment emozzjonat, Bjorn ma kellux biżżejjed kliem biex jirringrazzja lil kull persuna li għenitu jdawwar il-ħolma tiegħu f'realtà. Dar Bjorn ikbar issa hija possibbli. 

    Intant, waqt il-ġbir ta' fondi, il-Membru Parlamentari Ewropew ħabbret li Bjorn rebaħ il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew