Liverpool u Manchester United f’taqtiegħa għal Aaron Ramsey?

    Liverpool u Manchester United qed jikkunsidraw offerta għall-midfielder ta’ Arsenal, Aaron Ramsey, f’Jannar li ġej.

    Ramsey se jara l-kuntratt attwali tiegħu fl-Emirates Stadium jiskadi fi tmiem l-istaġun wara li ma ntlaħaq l-ebda ftehim bejn iż-żewġ partijiet.

    Għaldaqstant teżisti possibbiltá li l-midfielder internazzjonali ta’ Wales jista’ jingħaqad ma’ xi klabb partikolari. Iż-żewġ klabbs rivali diġá għamlu kuntatt mal-aġent tal-plejer fit-tentattiv biex jirbħu l-firma tiegħu.

    Ramsey ffirma mal-Gunners mingħand Cardiff City, fl-2008, fejn lagħab 242 partiti li fihom skorja 37 goals.