Sirjan jindarab gravi f'inċident f'Ħaż-Żabbar

    Sirjan ta’ 36 sena weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8.20 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Villabate f’Ħaż-Żabbar.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Sirjan ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar intlaqat minn vettrura tat-tip Peugeot Partner misjuqa minn raġel ta’ 62 sena miż-Żejtun.

    Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.