Jappella biex ma nispiċċawx ''vittmi ta' ħajja mgħaġġla'' wara inċident f'Ħal Qormi

    Sewwieq ta' mutur spiċċa fl-art wara li ftit tal-ħin ilu kien involut f'inċident fi Triq il-Mitħna f'Ħal Qormi.

    Persuna li inzertat fil-post tal-inċident tkellmet ma' dan is-sit rigward il-bżonn ta' aktar attenzjoni waqt is-sewqan, "anke minħabba l-istil ta' ħajja mgħaġġla li qiegħdin ngħixu fiha".

    Skont ma ntqal jidher li l-inċident seħħ bejn vann li hu u jdawwar ma lemaħx lis-sewwieq tal-mutur, b'dan tal-aħħar jispiċċa fl-art.

    Is-sewwieq tal-mutur ittieħed fi klinika fil-viċin fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

    Ritratt: Brian Mifsud