ARA: Il-mument meta s-sewwieq tilef il-kontroll

    Ħabta li seħħet għall-ħabta tad-9.10 a.m wasslet biex kellha tingħalaq parti mit-triq li minn Tas-Sliema twassal lejn il-Gżira.

    Skont stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 28 sena residenti San Ġiljan għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq, qabad ic-central strip u baqa’ dieħel f’żewġ vetturi oħra.

    Minkejja li l-vettura ġarrbet ħsarat estensivi, jidher li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

    Ritratti: Roger Azzopardi