L-Urugan Michael b'aktar vittmi... madwar nofs miljun persuna bla provvista ta' elettriku

    It-tielet l-aktar maltempata qawwija fl-istorja tal-Istati Uniti laqtet il-Majjistral ta’ Florida, għerrqet rħula qrib il-bajjiet u qaċċtet numru ta’ siġar. L-Uragan Micheal huwa urugan ta’ kategorija 4, liema rjieħ ħabtu b’saħħa ta’ madwar 250 Kilometru fis-siegħa fir-reġjun ta’ Panhandle. 

    Żewġ persuni tilfu ħajjithom wara s-siġar li tqaċċtu. Kawża tal-qawwa tiegħu, kważi 500,000 persuna spiċċaw bla provvista ta’ elettriku fi Florida, Alabama u Georgia. Iż-żewġ vittmi huma raġel li safa mgħaffeġ minn siġra f’Gadsden u tifel li kien f’daru meta din spiċċat mġarrfa serjament minn siġra oħra f’Georgia.

    Dawn mhumiex l-ewwel vittmi tal-imsemmi urugan hekk kif mill-anqas 13-il persuna tilfu ħajjithom mal-wasla tiegħu fl-Amerika; sitta fil- Honduras, erbgħa f'Nicaragua u tlieta f'El Salvador.