Edinson Cavani frustrat ma’ PSG

    L-attakkant Urugwajan ta’ Paris St Germain Edinson Cavani jinsab frustrat minħabba li mhux jirnexxielu jesprimi l-aqwa logħob tiegħu filwaqt li qed ikun iktar użat bħala attakkant irtirat pjuttost milli opportunist. Cavani jaf li l-kompetizzjoni li għandu ma’ Neymar u KylianMbappe hija kbira u qed isibha diffiċli jgħix f’din is-sitwazzjoni.

    Xhieda ta’ dan kollu seħħ nhar il-Ħadd li għadda fejn wara r-rebħa mpressjonanti li kisbu PSG fuq Lyon bl-iskor ta’ 5-0 huwa ma marx iddur il-ground ma’ sħabu biex jifraħ mal-partitarji u dan juri li xejn ma jinsab kuntent.

    Il-player ta’ 31 sena qed jgħodd il-ġranet li fadallu fil-belt kapitali Franċiża hekk kif qed jissemma’ li jmur jilgħab x’imkien ieħor fil-ġejjieni qrib. Qed jissemmew Real Madrid li qegħdin ifittxu attakkant u skont id-diriġenti tal-Merengues, Cavani jidħol kexxun fil-pjanijiet tattiċi tat-team.