Cenk Tosun viċin li jingħaqad ma’ Besiktas

    Everton u Besiktas fetħu diskussjonijiet dwar il-futur tal-attakkant internazzjonali Tork, Cenk Tosun.

    It-Toffeemen iffirmaw lil dan il-player ta’ 27 sena fil-bidu tas-sena iżda naqas li jħalli impatt. S’issa huwa lagħab 22 partita li fihom skorja sitt goals.

    Jidher li t-taħditiet jinsabu fi stadju avvanzat u teżisti possibbiltá kbira li Tosun jista’ jirritorna f’pajjiżu, f’Jannar li ġej.

    Tosun fadallu ftit inqas minn erba’ snin biex jintemmlu l-kuntratt ma’ Everton iżda dawn tal-aħħar jidhru ħerqana li jiġbru flushom lura.