David Ospina jrid jiffirma ma’ Napoli b’kuntratt permanenti

    Il-goalkeeper David Ospina jixtieq jissieħeb ma’ Napoli fuq ftehim permanenti.

    Arsenal ippermettew lil Ospina biex jingħaqad mal-klabb Taljan b’self għal dan staġun minħabba l-wasla ta’ Bernd Leno u l-internazzjonal Kolombjan diġálagħab seba’partiti fil-komeptizzjonijiet kollha.

    Il-player ta’ 30 sena stqarr li jixtieq jingħaqad b’mod permanenti mal-klabb tas-Serie A.

    Napoli għandhom l-għażla li jiffirmaw lil Ospina għal €45 miljun fi tmiem l-istaġun.

    Ospina fadallu ftit inqas minn sentejn biex jintemmlu l-kuntratt ma’ Arsenal iżda jidher li l-Kolumbjan mhux se jilbes aktar il-flokk tal-Gunners hekk kif hemm tliet goalkeepers oħra għal post wieħed .... Petr Cech, Emiliano Martinez u Sebastian Leno.