Jordi Alba qed jinteressa lil Manchester United

    Manchester United jinsabu interessati li jakkwistaw il-firma tad-difensur internazzjonali Spanjol ta’ Barcelona, Jordi Alba.

    Dan huwa s-seba’ staġun ta’ Alba fin-Nou Camp fejn b’kollox lagħab 249 partiti fil-kompetizzjonijiet kollha għall-ġganti Spanjoli.

    Madankollu, l-internazzjonali Spanjol, għadu ma laħaqx ftehim dwar kuntratt ġdid ma’ Barcelona b’dak preżenti jiskadi fl-2020.

    Ir-Red Devils qed isegwu kull żvilupp tat-taħdidiet biex jiġi deċiż il-futur ta’ dan il-player ta’ 29 sena. Il-United qed iqisuh li jista’ jieħu post Ashley Young li għandu 33 sena.