Matthijs De Ligt fil-mira ta’ Barcelona

    Barcelona huma interessati fid-difensur ta’ Ajax, Matthijs De Ligt, u mistennija jagħmlu offerta fis-sajf li gej.

    De Ligt huwa wieħed mill-aħjar żgħażgħ fl-Ewropa bħalissa hekk kif stabbilixxa ruħu mal-ewwel team kemm ma’ Ajax kif ukoll mat-tim nazzjonali Olandiż.

    Kien hemm spekulazzjoni li dan il-player ta’ 18-il sena seta’ kien assoċjat biex imur jilgħab fil-Kampjonat Premier iżda issa l-ġganti Spanjoli daħlu fit-taqtiegħa biex jiksbu l-firma tiegħu.

    Il-Katalani bħalissa qed ifittxu player biex jimla l-post tad-difensur Gerard Pique li riesaq lejn tmiem il-karriera tiegħu.

    Madankollu, ic-Champions Spanjoli ser jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Manchester United u Tottenham Hotspur.