Busuttil jinsisti li l-Prim Ministru għandu jirriżenja

    “Jekk hemm xi ħadd li għandu jirriżenja, dan huwa l-Ministru li fetaħ kumpanija sigrieta fil-Panama u l-Prim Ministru li ħalla lilu u iċ-Chief of Staff tiegħu mingħajr ma ħa ebda azzjoni.”

    Hekk saħaq l-eks-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil fuq il-midja soċjali hekk kif kompla għaddej bil-kummenti wara li fis-seduta parlamentari tal-bieraħ saħansitra saħaq li għadu tal-fehma li Egrant hija tal-Prim Ministru.

    Aktar kmieni dalgħodu f’kumment ieħor huwa reġa’ rrijafferma dan il-ħsieb, u qal li se jibqa’ ta’ din il-fehma sakemm il-Prim Ministru ma jneħħix liċ-Chief of Staff Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi.

    Fil-kumment li kiteb fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter Busuttil qal li Muscat mhuwiex vittma, iżda saħansitra huwa kompliċi.