ARA: “Allaħares Busuttil ma jerfax ir-responsabbiltĂ . L-attitudni tiegħu leaves much to be desired”

    F'kumment lil Inewsmalta l-Prim Ministru Joseph Muscat, l-għada tas-seduta mqanqla tal-bieraħ filgħaxija, saħaq li "naħseb li lbieraħ emotions flaired too much. L-ewwel wieħed jien imbagħad skużajt ruħi jekk kont emozzjonali żżejjed. Dan għalija huwa suġġett emozzjonali ħafna għax jien u familti għaddejna minn kalvarju sħiħ fuq allegazzjoni li kienet gidba assoluta u li issa minn fuq li ġiet ippruvata li hija gidba, min kien partecipi f'din il gidba irid jipprova jieħu r raġun. Ilbieraħ smajna l-assurdità li Simon Busuttil għadu jemmen li Egrant hija tiegħi minkejja inkjesta li l-Kap tal-Oppożizzjoni stess qal li l-kontenut tal-inkjesta minnha nfisha meta jiġi ppubblikat żgur mhu se jbiddel xejn mill-konklużjoni tal-istess inkjesta.”

    Il-Prim Ministru żied jgħid li "dan iwassal għal punt li Simon Busuttil jew was taken for a big ride f'dan kollu jew inkella kien parti minn sistema li għamlet falsifikazzjonijiet u ppruvat iddaħħal distabilizzazzjoni fil-pajjiż u anke wasslet għal sitwazzjoni ta' elezzjoni ġenerali fost oħrajn.

    "Allaħares ma jerfax ir-responsabbiltà. Jerfagħha mhux billi jitneħħa minn spokesperson imma billi ma jibqax jirrappreżenta lill-poplu fil-Parlament għax dak kollu li bbaża ruħu fuqu kien gidba mill-bidu sal-aħħar.

    Huwa temm billi qal li "nerġa' niskuża ruħi għat-ton imma xi kultant umani wkoll. Ma naħsibx li hu skuża ruħu. Dan mhux l-istil tiegħi imma hi xi ħaġa li lili weġġgħatni. L-attitudni ta' Dr Busuttil leaves much to be desired.”