“IVA, għadni nemmen li Egrant hija ta’ Joseph Muscat” … Busuttil jibqa' jinsisti bid-dikjarazzjonijiet tiegħu

    “IVA, għadni nemmen li Egrant hija ta’ Joseph Muscat.” Hekk saħaq l-eks-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil f’messaġġ li ppubblika fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali. Busuttil reġa’ għamel din id-dikjarazzjoni dalgħodu wara li fis-seduta parlamentari tal-bieraħ filgħaxija wkoll baqa’ jippersisti dwar dan.

    Is-seduta tal-bieraħ kienet waħda mqanqla tant li l-Ispeaker kellha tissospendi s-seduta.

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li la Busuttil ma talabx skuża għall-allegazzjonijiet infondati fuq Egrant, allura l-istess Busuttil huwa giddieb u frodist.

    Intant fil-kumment tiegħu Busuttil insista li kien se jibqa’ jgħid li Egrant hija tal-Prim Ministru sakemm ma jitwarrbux iċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.