MAPFRE MSV Life u MAPFRE Middlesea jappoġġjaw lil Phoenix SC Beachvolley Academy

    Bħala parti mill-programm ta’ responsabbiltà soċjali li jippromwovu ħajja sana, MAPFRE MSV Life u MAPFRE Middlesea qed jappoġġjaw lill-Akkademja tal-Beach Volley imwaqqfa minn Swieqi Phoenix Volleyball, għat-tielet sena konsekuttiva.

    Il-President tal-Klabb tal-Sports, Orlando Bonnici, qal li dan il-programm jikkumplementa ix-xogħol ta’suċċess f’dak li għandu x’jaqsam ma Indoor Volleyball.Fl-aħħar kampjonat, Swieqi Phoenix Volleyball għal darba’ oħra ddomina l-kategoriji taż-żgħażagħ u dawk ta’ Junior Indoor, u saru champions nazzjonali tal-volleyball fil-kategoriji ta’ taht l-14-il sena, ta’ taht–is-16-il-sena u ta’ taht it-18-il sena għat-tielet sena konsekuttiva.

    “Phoenix Sports Club jagħmel enfasi qawwija fuq l-iżvillup tal-atleti żgħażagħ fid-dixxiplini sportivi li nittrattaw. Il-coaches żvillupaw programm imirrat li jiżvillupa il-ħiliet f’dan l-isports kif wkoll il-fiżika ġenerali ta’ dawn iż-żgħażagħ. Huwa grazzi għal MAPFRE Middlsea u MAPFRE MSV Life li aħna nistgħu nagħmlu din l-attivita,” qal is-Sur Bonnici.

    Is-Sur David Curmi, il-Kap Eżekuttiv ta' MAPFRE MSV Life ikkummenta li dan l-isport għandu profil għoli f’bajjiet madwar id-dinja, fosthom f’Malta. “MAPFRE MSV Life hija kburija bl-irwol tagħha biex tgħin lil dawn iż-żgħażagħ jagħmlu attivita fiżika u jipprattikaw dan l-isport,” .

    Għal aktar informazzjoni dwar Swieqi Phoenix Volleyball u Phoenix Sports Club żur www.psc.com.mt.