100 IKONA - fotografija ta’ Angelo Caruana u Glen Chircop

    It-Taqsima tal-Kultura u t-Turiżmu fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għar-reba' sena konsekuttiva se ttella' wirja dwar il-wirt Żejtuni. Din il-wirja fotografika 100 IKONA b'fotografija ta' Angelo Caruana u Glen Chircop se tkun qiegħda tiġi mtella' bejn illum, il-Ġimgħa 28 u l-Ħadd, 30 ta' Settembru, 2018 fiċ-Ċentru Arti u Artiġġjanat, Triq San Girgor, iż-Żejtun.

    Il-ftuħ uffiċjali se jsir illum il-Ġimgħa, 28 ta' Settembru fis-7.00 p.m. Il-pubbliku hu mistieden jattendi. Il-wirja se tkun miftuħa wkoll waqt l-attività Żejt iż-Żejtun. 

    Dawk li se jkunu qegħdin iżuru din il-wirja se jkunu jistgħu japprezzaw is-sbuħija tal-arkitettura li nsibu mnaqqxa f'diversi ikoni fit-toroq l-antiki taż-Żejtun u fiż-Żona Urbana ta' Konservazzjoni. Interessanti ferm li wara kull ikona hemm storja ta' familja u moda ta' żmien.

    Il-fotografija, flimkien ma' informazzjoni riċerkata u diversi kurżitajiet dwar kull ikona se joffru vjaġġ mill-isbaħ li se jqanqal diversi interess fil-wirt reliġjuż, li sfortuntament il-pubbliku ma tantx jagħti kasu fit-toroq tagħna. 

    Waqt din il-wirja, il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jikseb il-programm interattiv 'Iż-Żejtun 5.37': Triqat, Xbihat, u Ulied iż-Żejtun', li fih ħafna informazzjoni dwar l-ikoni u aktar. Waqt din il-wirja se jkun qed jiġi mtella' wkoll dokumentarju interessanti dwar iż-Żejtun u l-fidi fi triqatna.

     

    Il-Ftuħ tal-Wirja:

    Il-Ġimgħa 28 ta' Settembru fis-7.00 p.m.

    Is-Sibt 29 ta' Settembru mid-9.00 a.m. sa nofsinhar u mis-6.00 p.m. 'il quddiem

    Il-Ħadd 30 ta' Settembru mit-8.00 a.m. 'il quddiem

    Id-dħul għal din il-wirja hu bla ħlas.