Minn Ġerusalemm għal Tel Aviv … L-EBU tibdel il-belt għall-Eurovision

    Il-European Broadcasting Union (EBU) ħabbret li l-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena se jkun qed jiżvolġi f’Tel Aviv u mhux f’Ġerusalemm wara l-kritika fil-konfront tagħha u l-biża’ ta’ boycotts.

    Iżrael mistennija li torganizza dan il-festival wara li Netta Barzilai, permezz tal-kanzunetta “Toy” rebħet l-edizzjoni ta’ din is-sena.

    Wara xhur ta’ diskussjonijiet dwar il-lokalità, Iżrael għażel li jaqbel mal-EBU li ma jorganizzax dan il-festival f’Ġerusalemm, li matul dawn l-aħħar rat dimostrazzjonijiet minn Palestinjani.

    Is-semifinali tal-Eurovision mistennija li tiżvolġi fl-14 u s-16 ta’ Mejju, bis-serata finali tiżvolġi nhar id-19 ta’ Mejju.