“Ir-reazzjoni ta’ wħud mill-pulizija kienet heavy handed”

    Il-Prim Ministrubi kliem iebes fil-konfront ta' wħud mill-pulizija bil-mod kif waqqfu l-partitarji li ipprotestaw barra l-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar…

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu kliem iebes għal uħud mill-pulizija li waqqfu l-partitarji milli jipprotestaw barra l-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar. Huma kienu qed jipprotestaw kontra l-bini ta’ pompa tal-petrol fiż-Żejtun. Muscat qal li wħud mir-reazzjoni tal-pulizija “kienet fil-fehma tiegħi heavy handed.” Muscat insista li l-każ ġie “mishanded” u ma jridx jara każ bħal dan jerġa’ jiġri.

    Muscat qal li ma jifhimx is-sitwazzjoni kemxejn vjolenti li seħħet għax fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni li ttiehdet kienet favur dawk li ħarġu jipprotestaw. Huwa kompla jgħid li ma jifhimx dak li ġara peress li ftit ġimgħat ilu, waqt protesta simili, il-Pulizija aġixxiet totalment differenti.