55 każ fatali ta' cholera fin-Niger f'xahrejn

    Mill-inqas 55 persuna mietu fin-Niger matul l-aħħar xahrejn kaġun tal-cholera. Dan kien ikkonfermat minn aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti lbieraħ.

    L-Uffiċċju għall-Kordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) qalet li mill-5 ta’ Lulju li għadda sal-10 ta’ Settembru, ġew osservati mal-2,752 każ. Dan filwaqt li ġew rapportati 55 każ ta’ fatalità.

    L-OCHA qalet li l-epiċentru tal-firxa tal-marda kien ir-reġjun ta’ Maradi, fejn ġew reġistrati 98% tal-każi.

    Intant każi ta’ cholera ġew reġisrrati wkoll fir=reġjuni ta’ Dosso, Tahoua u Zinder.