Żagħżugħ mill-Gambja jsofri ġrieħi gravi wra daqqiet ta' sikkina

    Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Gambja sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ qala’ daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta. L-inċident seħħ fl-inħawi ta’ Manoel Island għall-ħabta tat-8.10 p.m.

    L-identità tal-allegat aggressur għadha mhix magħrufa.

    Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    Dwar il-każ inħatret inkjesta.