Esebita wirja artistika Maltija ġewwa Lussemburgu … L-ewwel darba li l-Qorti Ewropeja tal-Awdituri ppreżentat xogħol artistiku Malti

    Iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Qorti Ewropeja tal-Awdituri nediet l-ewwel wirja artistika Maltija li qatt ittellgħet fil-bini tal-Qorti ġewwa Lussemburgu, bit-tema “Id-dinja m’għadhiex ċatta.” Din il-wirja sejra ddum esposta ġewwa l-istess bini tul ix-xahar ta’ Settembru.

    L-esebizzjoni hija parti minn kollezzjoni tal-Fondazzjoni Kreattività li tinstab fi spazju kreattivi, li qabel kien magħruf bħala ‘l-Kavallier San Ġakbu.’

    Il-Membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Leo Brincat, esprima sodisfazzjoni kbir li inawgura din il-wirja. Brincat radd ħajr lill-awtoritajiet tal-kultura u t-turiżmu li għamlu dan kollu possibbli, lit-tim tiegħu li kkordina din il-ħidma, u lil dawk kollha li attendew għall-ftuħ ta’ din il-wirja.

    Ic-Chairman tal-Fondazzjoni Kreattività, Rupert Cefai, kien ukoll preżenti għall-ftuħ ta’ din il-wirja.