Gianluca Nani direttur sportiv ta’ Reading

    It-team li jilgħab fil-kampjonat TheChampionship Ingliż Reading ħatru lil Gianluca Nani bħala d-direttur sportiv tal-club. Nani huwa Taljan u fil-passat kellu l-istess rwol ma’ żewġ timijiet Ingliżi oħra li huma Watford u West Ham.

    Fuq is-sit uffiċjali tar-Royals ġie ppreżentat Nani fejn qalu li bħala direttur sportiv ser ikun qed jgħin lit-tim fit-tentattiv illi javvanzaw aktar ‘il fuq fil-klassifika wara bidu ferm negattiv fejn kisbu biss żewġ punti wara sitt logħbiet li waslu minn żewġ draws.

    Readingjilagħbu barra minn darhom kontra PrestonNorth End nhar is-Sibt illi ġej.

    Nani mistenni jġib dik l-esperjenza li għandha tgħin sabiex il-klabb jakkwista players importanti fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.