John Terry jirrifjuta lil Spartak Moscow

    L-ex stilla ta’ Chelsea John Terry irrifjuta offerta mir-Russja sabiex jilgħab ma’ Spartak Moscow. Id-difensur veteran ta’ 37 sena kien qed jissemma’ li jiftiehem mal-club mill-belt kapitali Russa bil-player li kien ser jaqla’ £3 miljun fis-sena.

    Iżda fi stqarrija li ħalla fuq il-profil tiegħu fuq Twitter huwa qal li m’għoġbitux l-idea u qattagħha li ma jmurx magħhom.

    Matul l-istaġun li għadda Terry kien ma’ Aston Villa fejn fi staġun wieħed lagħab 32 sena u skorja gowl wieħed biss.

    Fil-passat huwa għamel kważi 20 sena jilgħab ma’Chelsea.